Il-kowċ Massimiliano Allegri tkellem qabel il-logħba tas-Sibt kontra Chievo, fejn ta aġġornament dwar il-plejers li se jkunu nieqsa minħabba injury.

Dawn huma Sami Khedira, Claudio Marchisio kif ukoll Giorgio Chiellini. Jirriżulta li Juan Cuadrado rkupra minn problema ħafifa, iżda għad hemm dubju dwar Paulo Dybala, li l-Ħamis tħarreġ għalih.

L-ebda problema għal Gianluigi Buffon, li madankollu se jingħata logħba ta’ mistrieħ biex minfloku jibda Wojciech Szczęsny.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com