Il-Juventus Stadium se jbiddel ismu għal Allianz Stadium mill-1 ta’ Lulju li ġej għas-sitt staġuni li jmiss.
Minn din il-bidla fl-isem, Juventus mhux se jaqilgħu iżjed flus għaliex fl-2011 kienu ċedew ukoll id-drittijiet lill-kumpanija SportFive għal madwar €75 miljun li kienu vitali biex il-klabb iffinanzja l-proġett tal-bini tal-istadium.
Mill-isponsor ta’ Allianz, SportFive mistennija jdaħħlu bejn €15-il miljun u €18-il miljun fis-sitt snin li ġejjin.
Sors: La Stampa
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






