L-aħħar logħba tal-kampjonat bejn Juventus u Sampdoria se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej, fil-17:00.

Fi tmiem il-logħba jingħata t-trofew, u l-plejers imbagħad iduru fit-toroq u l-pjazez ta’ Turin biex ikomplu biċ-ċelebrazzjonijiet fost il-poplu.

Dan wara li llum Sampdoria kkonfermaw l-istatus tagħhom fl-ogħla diviżjoni tas-Serie A għall-istaġun li ġej.