L-attakkant Paulo Dybala mhux se jiċċaqlaq minn ma’ Juventus, għallinqas mhux fl-immedjat.
Il-konferma tasal minn Juventus stess, wara li kienu diversi ġurnalisti qrib Juventus, fosthom Romeo Agresti, Luca Fausto Momblano kif ukoll Fabrizio Romano, li taw din l-aħbar.
Juventus issa għaddewlu wkoll il-flokk numru 10 mhux biss bħala rikonoxximent għall-permanenza tiegħu, iżda wkoll għaliex hu l-plejer li joffri l-kreattività li s-soltu hi marbuta man-numru u għas-simpatija li jgawdi fost il-partitarji.
Sors: Twitter
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






