Il-federazzjoni tal-futbol Taljan illum ikkonfermat li s-Supercoppa Taljana li se tintlagħab bejn Juventus u Lazio se ssir fit-13 t’Awissu ġewwa l-Olimpico ta’ Ruma.

Id-data uffiċjali ħarġet illum għaliex kien għad hemm id-dubju minħabba li kieku Juventus rebħu ċ-Champions League kien se jkollhom is-Supercoppa Ewropea fit-8 t’Awissu.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280