Fis-sessjoni ta’ taħrig ta’ waranofsinhar taħt il-gwida ta’ Massimiliano Allegri, it-tim ta’ Juventus komplew bit-taħriġ tagħhom għalkemm ovvjament kien hemm assenti l-players li għandhom l-impenji rispettivi tagħhom man-nazzjonal ta’ pajjiżhom.
Gonzalo Higuain kompla wkoll taħrig speċjali biex ikun jista’ jtejjeb il-kundizzjoni fiżika tiegħu biex narawh fl-aqwa forma possibbli.
Hemm ċans kbir ukoll li kontra Sassuolo narawh fil-formazzjoni inizjali biex jifforma l-attakk mal-kompatrijott Arġentin tiegħu, Paulo Dybala.
Sors: Tuttomercatoweb
Ħalli Kumment