Ftit jiem wara li sar magħruf li l-FIGC ddeferiet lil Juventus, Andrea Agnelli u xi diriġenti oħra fuq trattattivi mal-Ultras li wħud minnhom jista’ jkun li kellhom konnessjonijiet mal-mafja, issa tkellem l-avukat Luigi Chiappero.

“Neskludi bl-iktar mod assolut li Andrea Agnelli kellu jew għandu xi ħbiberija ma’ Rocco Dominello. Hemm biss dikjarazzjoni li fiha Dominello jgħid li kellu laqgħa li għaliha l-President ta’ Juventus kien preżenti,” qal l-avukat Chiappero.

Kompla li Dominello kien ilu sentejn u nofs jiġi interċettat, u wieħed ma jsib l-ebda interċettazzjoni li fiha hemm involut Agnelli.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280