Wara l-partita bejn Juventus u Milan u l-penalty kontroversjali li ngħata minn Davide Massa, l-istess referee rċieva xi telefonati u ittra anonima b’theddid indirizzati direttament lejh.

Skont il-gazzetta La Stampa t-telefonati u l-ittra kien fihom dettalji preċiżament fuq ix-xogħol ta’ Massa u l-ħajja privata tiegħu u qed jiġu investigati mill-pulizija. Il-kontenut tal-ittra qed jiġi miżmum sigriet iżda jidher li ġie identifikat il-moħħ wara t-telefonati.

Sors: La Stampa

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280