F’intervista fuq il-Juventus Channel il-plejer Tomás Rincón li ġie akkwistat fix-xahar ta’ Jannar mingħand Genoa tkellem fuq l-ewwel impressjonijiet dwar Juventus, l-irwol tiegħu fil-grawnd u r-raġuni għaliex isejħulu l-‘El General’.
“Fil-Venezuela lgħabt biss ma’ tim tal-lokal għal madwar sitt xhur biss. Ta’ 20 sena diġà kont qed nilgħab fil-Ġermanja fejn ġietni opportunità ma’ Hamburg u l-esperjenza li ġibt minn hemmhekk għenitni nikber fejn tgħallimt il-lingwa Ġermaniża u l-istill tal-futbol Ewropew. L-esperjenza li ħadt ġol-Ġermanja ppruvajt inwassalha ġewwa l-Italja mat-tim ta’ Genoa, klabb li nibqa’ dejjem grat lejh għall-esperjenzi sbieħ li kellna flimkien. L-iktar ħaġa importanti hija s-sagrifiċċji kbar li trid tagħmel u jien bħala plejer wasalt fejn wasalt illum għax għamilt ħafna sagrifiċċji.”
“Rigward li niġi msejjaħ l-‘El General’, ma tantx naf min ħareġ bih eżatt però naħseb li ħarġu bih meta bdejt nilgħab fil-Ġermanja. Kien hemm xi ġurnalisti li qaluli li fil-grawnd nilgħab b’determinazzjoni kbira u niġġieled għal sħabi tat-tim u bdew isejħuli hekk’ Personalment ma jdejjaqni xejn meta jsejħuli hekk.
Jekk ikollok ir-rieda li trid tasal xi mkien, trid temmen fik innifsek u tasal. Jien qatt ma ħarist lura u ninsab inħares lejn il-futur ma’ Juventus b’ottimiżmu kbir.”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment