Il-ġurnalist popolari Taljan Alfredo Pedulla ma naqasx milli jikkumenta fuq id-difensur Daniele Rugani u l-wirjiet tiegħu ma’ Juventus.
“Min iparla ħafna u min ma jgħid xejn. Huwa veru li Daniele żbalja partita waħda, dik tal-Coppa Italia f’San Siro kontra Inter. Kienet l-agħar waħda għal Juventus f’dawn l-aħħar żminijiet mhux għal Rugani biss. Rugani jibqà indiskutibbli, difensur eċċezzjonali, responsabli u tal-ġenn,” qal Pedulla.
Kompla li “Rugani beda bi staġun diffiċli ferm, b’bidu ħażin għal Juventus u ma tantx kellu spazju. Peró dejjem irrispetta d-deċiżjonijiet ta’ Allegri u warrab minn quddiemu offerti oħra minn klabbs kbar oħra. It-tifel jixraqlu kuraġġ u qawwa mis-sapporters mhux kliem ħażin u diżgustanti. Ċert li fil-futur qrib se jagħti risposta u se jqum għall-okkażjoni.”
Sors: TuttoJuve





