F’dawn il-jiem fis-swali tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero għaddej xogħol estensiv ta’ modernizzar u ristrutturar.

Fost ix-xogħol li għaddej, hemm il-ħolqien tal-JCMCB Store, iċ-ċaqliq għal post ikbar u iktar komdu minn fejn jinqdew dawk li jkollhom bżonn jakkwistaw xi biljetti, kif ukoll massimizzar tal-użu tal-ispazju.

Dan ix-xogħol ma kienx ikun possibbli li kieku mhux għal sponsors ewlenin, fosthom Sigma Painting, li grazzi għalihom se jsir xogħol kbir u bżonnjuż fuq il-ħitan tas-swali tal-klabb.