Il-kumpanija Y Ltd ikkonfermat sponsorship ta’ sena għall-klabb tagħna.

Y Ltd joffru servizzi ta’ konsulenza fil-qasam tar-relazzjonijiet pubbliċi u marketing, kif ukoll joffru korsijiet qosra relatati mal-marketing jew in-negozju.

Minkejja li bdiet topera ftit aktar minn 3 snin ilu, Y Ltd illum saret kumpanija mfittxija fil-qasam relatat, bi klijenti li jinkludu numru ta’ kumpaniji ewlenin u attivitajiet kbar bħalma huma l-Fiera l-Kbira u l-Malta International Airshow.

Inħeġġukom iżżuru l-website u l-paġna tal-facebook ta’ Y Ltd:

Facebook: www.facebook.com/YLTDPR
Website: www.y.com.mt