Il-kowċ preżenti ta’ Real Madrid Zinedine Zidane huwa wieħed mill-kandidati li qed jinteressaw lil Juventus f’każ li fl-aħħar tal-istaġun Massimiliano Allegri jagħżel li jibda avventura ġdida.
Diversi rapporti fl-Ingilterra qegħdin isostnu li dan huwa l-aħħar staġun ta’ Antonio Conte ma’ Chelsea u Allegri huwa l-favorit li joħodlu postu.
F’każ li jiġri hekk, Juventus se jkunu qegħdin ifittxu sostitut denju ta’ Allegri u wieħed mill-ismijiet li qed jinteressa lid-diriġenza Juventina huwa proprju Zinedine Zidane.
Il-Franċiż huwa biss wieħed minn dawk li qed jinteressaw lil Juventus. Tnejn minn dawk li qed jissemmew huma Simone Inzaghi u Roberto Mancini.
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com