Zlatan Ibrahimović mill-ġdid fakkar lil kulħadd li fost it-trofej li rebaħ, hemm ukoll iż-żewġ kampjonati li akkwista meta kien jilgħab għal Juventus.
F’post fuq Instagram wara r-rebħ tal-EFL Cup ma’ Manchester United, Ibrahimović irrikonoxxa wkoll it-trofej li rebaħ fil-grawnd imma tteħdulu mill-FIGC fl-era Calciopoli: “Dan hu t-32 trofew tiegħi …” iddikjara l-attakkant Żvediż.
Ibrahimović qatt ma ċaħad dak li kisbu Juventus fil-grawnd, inkluż meta kien mar-rivali Inter. “Dejjem għidt li t-trofej ma’ Juventus irbaħthom fil-grawnd. Ħdimt ħafna biex irbaħniehom, u l-plejers kollha ta’ dik l-era jimmeritawhom.”
Sors: Instagram
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






