Fil-logħba bejn Juventus u Bologna, l-ultras tal-Curva Sud bdew bi protesta fejn esponew l-istrixxuni tagħhom bil-kontra u fi stqarrija ħabbru li se jibbojkottjaw il-logħba kontra Roma.
Ir-raġuni hi l-prezzijiet għolja għal din il-logħba, hekk kif A.S. Roma għollew il-prezz ta’ kull biljett għal €75.
Il-protesta hi ferm iktar sinifikanti meta wieħed iqis li aktarx din il-logħba tfisser ukoll ir-rebħ tal-kampjonat għal Juventus, li jridu mill-inqas punt biex matematikament ikunu dikjarati champions.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com