Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li grazzi għall-amministrazzjoni tal-JCMCB Bar & Grill se jorganizza Champions League Night b’xejn, fejn l-ewwel mija li jibbukkjaw se jingħataw ukoll pizza b’xejn.
L-attività se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ dan ix-xahar, fejn dawk li jattendu se jkunu jistgħu jsegwu wkoll il-finali taċ-Champions League bejn Liverpool u Real Madrid fuq żewġ big screens.
Il-klabb se jkun miftuħ ukoll, mingħajr ħlas, għal min jixtieq jattendi biex jara l-logħba, anke jekk dak li jkun mhux jippjana li jiekol. Fl-istess serata se jkun hemm ukoll sorpriża għal dawk li jattendu.
Dawk li jixtiequ jattendu huma mitluba jikkuntattjaw lill-JCMCB Bar & Grill fuq il-paġna ta’ Facebook, jew inkella personalment għand l-amministrazzjoni tal-JCMCB Bar & Grill li jiftaħ mit-Tlieta sal-Ħadd bejn is-18:30 u t-20:30.
Infakkru li l-JCMCB Bar & Grill fl-istess ħinijiet qed jagħmel deliveries b’xejn tal-pizza. Tingħata Pizza Margherita b’xejn ma’ kull żewġ pizez ordnati.
Għal iktar informazjoni agħfas fuq: JCMCB Bar & Grill.