Nhar id-29 ta’ Ottubru 2020, bħal ma għamlu diversi stabbilimenti fil-Gżejjer Maltin, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero kellu b’mod temporanju jagħlaq il-bibien tiegħu hekk kif Malta bħal kumplament tal-pajjiżi madwar id-dinja, tkompli il-ġlieda tagħna kontra il-Covid19.

Il-Kumitat minkejja li naturalment ma għandux kontroll fuq din is-sitwazzjoni, jaqbel li intom bħala membri m’għandux tkunu penalizzati minħabba din is-sitwazzjoni.

Għalhekk bi pjaċir inħabbru li is-sħubiji attivi bhalissa ħa jigu estiżi b’mod awtomatiku għal perjodu li il-club ħa ikun magħluq minħabba il-pandemija.

Il-kumitat jixtieq iħabbar ukoll l-estensjoni sa tmiem tal-istaġun 2020-2021 tal- inizjattiva li nieda oriġinarjament f’Ġunju u li permezz tagħha qed jippremja lill-membri tiegħu b’inċentiv ġdid li jwassal għal traħħis fil-prezz tas-sħubija.

Permezz ta’ din l-offerta, persuna li tissieħeb membru mal-klabb tista’’ ddaħħal persuna oħra bħala membru tal-klabb għal nofs il-prezz. Dan fl-istess waqt li ż-żewġ persuni jgawdu mill-istess benefiċċji, inkluż skont minn numru kbir ta’ stabbilimenti lokali, kif ukoll dħul b’xejn fil-klabb.

Filwaqt li nawguraw saħħa u noffru kuraġġ lilkom il-membri tagħna u lil familjari tagħkom, inħarsu il-quddiem biex nerġaw niltaqaw fid-dar tal-Juventini ta’ Malta fit-2 ta’ Diċembru 2020 għal partita kontra id-Dynamo Kiev !

Fino alla fine Forza Juventus !