Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li nhar l-Erbgħa li ġej se jkun miftuħ mis-18:30 ’il quddiem għal serata organizzata f’għeluq il-120 sena mit-twaqqif ta’ Juventus.
Dawk li jattendu se jkunu jistgħu jaraw għexieren ta’ magazines Hurrà Juventus mogħtija lill-klabb minn diversi membri biex illum jinżammu b’għożża bħala parti mill-kollezzjoni tal-klabb.
Dan minbarra li membri tal-Kumitat se jkunu disponibbli biex jaqdu lil dawk li jattendu b’diversi servizzi offruti mill-klabb, inkluż is-sħubija mal-klabb u bookings ta’ biljetti għal logħob ta’ Juventus.
Se jkun hemm ukoll sorpriża għal dawk li jattendu.