Wara xahar minn meta JuventusMalta.com introduċiet l-opportunità li l-Juventini Maltin jabbonaw għall-aħbarijiet b’xejn, l-abbonati issa qabżu s-600.
Dan ifisser li iktar minn 600 persuna qed ikunu notifikati immedjatament malli fuq is-sit ikun ippubblikat artiklu ġdid.
Is-suċċess rifless fin-numru ta’ abbonati jsegwi suċċess ieħor, din id-darba bis-sit ikun dikjarat bħala l-iktar sit ta’ aħbarijiet bil-Malti relatati ma’ Juventus li hu popolari. Dan skont is-sit ta’ statistika Alexa.






