Madwar 70 persuna matul il-ġurnata bdew iħallu pajjiżna lejn Cardiff biex isegwu l-finali taċ-Champions League bejn Juventus u Real Madrid.

Dan wara li talbu lill-klabb għall-għajnuna biex ikunu jistgħu jakkwistaw il-biljetti għal din il-logħba. Huma nqdew minkejja d-diffikultà u l-limitazzjonijiet ta’ biljetti disponibbli.

Fost dawn, 14-il persuna se jkunu flimkien ma’ membri tal-Kumitat għal tour organizzat.