Il-kumitat bi pjaċir iħabbar li qed jorganizza 80s night fis-swali tal-klabb, li jinsab fi Triq Troubridge, fil-Marsa.
Dan se jsir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju, mill-22:00 ‘il quddiem bl-aqwa diski tas-snin 80, 90 u ferm iktar.
Il-biljetti se jiswew biss €5 u jistgħu jinkisbu mill-klabb, waqt il-ħin tal-logħob, jew inkella billi wieħed iżur il-JCMCB Bar & Grill fi ħdan l-istess klabb, li jiftaħ kuljum mis-19:30 ‘il quddiem.
Għal din l-attività, il-JCMCB Bar & Grill se joffri s-servizzi kollha tiegħu, jiġifieri wieħed jista’ jixtri kemm xorb kif ukoll għażla vasta ta’ ikel.