Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ħareġ għall-bejgħ il-flokk kommemorattiv tiegħu għall-finali taċ-Champions League, bejn Juventus u Real Madrid jew Atletico Madrid.

Il-flokk jinsab għal-bejgħ fuq is-sit store.juventusmalta.com għall-prezz ta’ €20 għall-kbar, u €15-il għat-tfal. Id-diżinn fuq il-flokk jibqa’ l-istess imma l-flokk se jiġi pprintjat bl-isem tat-tieni finalist, minbarra Juventus, ladarba kkonfermat.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280