Is-sit Alexa.com, li jikkalkula l-ammont ta’ viżitaturi tas-siti kollha madwar id-dinja, juri li JuventusMalta.com hu l-iktar sit popolari tat-tip tiegħu f’pajjiżna.
Skont Alexa, JuventusMalta.com jinsab fl-2,393 post fil-lista ta’ websites lokali, li jfisser li s-sit jinsab fl-ewwel post mis-siti kollha lokali li huma speċifikament iffukati fuq aħbarijiet ta’ Juventus.
Din il-pożizzjoni tpoġġi lil JuventusMalta.com iktar minn 200 post quddiem siti oħra tal-istess xorta. Quddiem JuventusMalta.com wieħed isib siti popolari bħal Google u Facebook, li għandhom udjenza vasta u mhux iffukata bħal tagħna.
Sors: Alexa
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com







