Juventus ħabbru lil Alessandro Dal Canto bħala l-kowċ il-ġdid tal-Primavera. B’hekk hu jieħu post Fabio Grosso.
Dan se jkun ritorn għal Dal Canto ma’ Juventus, il-klabb li miegħu beda l-avventura tiegħu bħala plejer u ddebutta fl-1993 fil-Coppa Italia kontra Parma. Bħala difensur imbagħad lagħab ma’ Vicenza, Venezia, Bologna, Catanzaro, Albinoleffe u Treviso.
Bħala kowċ, mexxa l-Primavera ta’ Padova, imbagħad laħaq kowċ fis-Serie B ma’ Vicenza. Mexxa wkoll lil Venezia kif ukoll l-U17s tal-Italja. Fl-istaġun li għadda Dal Canto ħa ħsieb il-Primavera ta’ Empoli u wassalhom sat-tielet post ta’ Girone B u sal-finali tal-Viareggio Cup.
Dal Canto ffirma kuntratt ta’ sena ma’ Juventus wara li Fabio Grosso ffirma kuntratt bħala l-kowċ tal-iskwadra ewlenija ta’ Bari.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com