It-tim tan-nisa ta’ Juventus kompla jissaħħaħ hekk kif Rita Guarino laqgħet lill-attakkanta Sanni Franssi, bil-għan li jissaħħaħ id-dipartiment offensiv.
Il-plejer Finlandiża ta’ 22 sena lagħbet fost l-oħrajn ma’ PK-35 Vantaa, tim Finlandiż li miegħu rebħet tliet kampjonati u żewġ tazzi nazzjonali u anke lagħbet fl-Ewropa filwaqt li lagħbet anke mat-tim ta’ FC Zürich, ġganti fil-futbol femminili Żvizzeru u l-istess tim li ftit tal-ġimgħat ilu affronta lil Birkirkara fil-UEFA Women’s Champions League.
F’din il-kompetizzjoni, Sanni lagħbet 20 partita u skurjat seba’ gowls filwaqt li lagħbet 13-il darba għal pajjiżha u anke rnexxielha tiskurja darba.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com