Fl-ewwel kummenti wara l-partita kontra Juventus, il-goalkeeper ta’ Chievo Stefano Sorrentino kellu kliem ta’ tifħir lejn l-istilla Arġentina u ta’ Juventus, Paulo Dybala.

“Inħossni furtunat biżżejjed li kelli ċ-ċans li nilgħab miegħu għal sentejn u nofs jiġifieri tistgħu timmaġinaw fit-taħriġ kemm tefagħni fin-naħa l-oħra tal-lasta. Dybala għadu żgħir u baqagħlu ħafna fejn jikber iżda żgur li kapaċi jsir l-aqwa fid-dinja b’hekk għandu l-kapaċitajiet kollha biex ’il quddiem jirbaħ il-Ballon d’Or.”bl-għajnuna ta’ Buffon, Barzagli u Chiellini.”

Sors: Mediaset Premium

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com