minn Marlon Hili, President tal-JCMCB

It-tim ta’ Ajax Amsterdam, li l-bażi tiegħu tinsab ġewwa l-belt kapitali tal-Olanda, twaqqaf nhar It-18 ta’ Marzu 1900. Jilgħabu l-logħob tagħhom ġewwa darom fl-istadium magħruf bħala l-Amsterdam Arena, liema stadium riċentament inbidillu ismu b’rispett lejn il-leġġenda Johan Cruijff Arena b’kapaċità ta’ 54,990.

Matul dawn is-snin Ajax stabillew ruħhom bħala l-iktar klabb ta’ suċċess ġewwa l-Olanda qabel timijiet bħal PSV Eindhoven u Feyenoord.

Infatti t-tim min Amsterdam s’issa rebaħ 33 kampjonat li hu magħruf bħala Eredivisie, 9 iktar mir-rivali tagħhom PSV Eindhoven, 18-il tazza lokali (Coppa Italia tal-Olanda), 4 darbiet it-Tazza tac-Champions, darba l-Coppa Uefa magħrufa bħala Europa Leauge, darba t-Tazza tat-Tazzi, darbtejn is-Super Cup Ewropea kif ukoll darbtejn it-Tazza Interkontinentali, magħrufa bħala World Club Cup. Apparti dawn rebħu diversi tazzi oħra lokali fosthom il-Jordan Cruijff Cup u l-Karl Rappan Club .

Ajax huma rinomati l-iktar għall-ammont inkredibbli ta’ talent li rnexxielhom jagħtu lill-futbol mondjali matul is-snin, fost l-oħrajn players bħall-Johan Cruijff, Marco Van Basten, Frank Rijkaard, Dennis Berckgamp u bi plejers iktar riċenti bħal Matthijs de Ligt (li hu l-captain preżenti tal-istess tim) u Frenkie De Jong u ħafna oħrajn.

L-iktar plejer li matul is-snin lagħab logħob għat-tim ta’ Ajax hu Sjaak Swart li lagħab total ta’ 603 logħba bejn l-1956 u l-1973 filwaqt li l-iktar plejer li skurja gowls matul is-snin jkun Marco Van Basten fejn skurja total ta’ 142 gowl f’155 partita għall-istess tim.

Il-Preżent? Attwalment Ajax jinsabu fit-tieni post tal-Eredivise wara PSV Eindhoven li bl-aħħar ftit logħob għall-konklużjoni tal-istess kampjonat. Fil-kamp Ewropej dan l-istaġun tista’ tgħid li l-klabb hu wieħed mis-sorpriżi u dan wara li temmew il-grupp tagħhom fit-tieni post wara Bayern München u qabel Benfica kif ukoll AEK Athens, filwaqt li fil-logħba valida għall-aħħar sittax eliminaw liċ-Champions kurrenti, Real Madrid b’rebħa sorprendenti ta’ 4-1 barra min darom. B’hekk irkupraw mir-riżultat negattiv tal-ewwel leg ta’ 2-1 favur l-Ispanjoli.

Iżda ejjew nitkellmu ftit dwar il-konfronti diretti bejn Juventus u Ajax sal-llum.

S’issa dawn iż-żewġ timijiet lagħbu kontra xulxin tnax-il darba bil-logħob kollha kienu fil-kamp Ewropew. L-ewwel logħba intlagħbet nhar it-30 ta’ Mejju 1973 fil-finali taċ-Champions Cup, illum magħrufa bħala l-Europa League. Dakinhar Ajax rebħu din il-logħba 1-0. Wara din il-partita Juventus rebħu 6 logħbiet waqt li Ajax rebħu tnejn u erba’ logħbiet spiċċaw f’parità.

Dawn iż-żewġ timijiet lagħbu żewġ finali bejniethom, waħda diġa msemmija hawn fuq (il-finali tal-Coppa Uefa), u l-oħra hi l-partita tant għal qalb il-Juventini (il-finali tat-Tazza tac-Champions) li ntlagħbet nhar il- 22 ta’ Mejju 1996. Dakinhar Juventus rebħu wara l-għoti tal-penalties. Ajax u Juventus iltaqgħu wkoll darbtejn fil-fazi tal-gruppi fis-sena 2004/05 fejn Juventus fiż-żewġ konfronti ħarġu rebbieħa.

Lagħbu wkoll 8 logħbiet oħra fil-fażi finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġuni 1974/75, 1977/78, 1996/97 u 2009/10 fejn wara t-tieni leg Juventus dejjem irnexxielhom jgħaddu għall-fażi sussegwenti.

L-aħħar partita bejn dawn iż-żewġ timijiet intlagħbet nhar il-25 ta’ Frar 2010 valida għall-aħħar sittax tat-Tazza tac-Champions bir-riżultat jintemm f’parità ta’ 0-0. Matul dawn il-logħbiet ġew skurjati 24 gowl, fejn Juventus skurjaw 15 il-gowl filwaqt li kkonċedew 11 il-gowl.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280