It-tim immexxi minn Rita Guarino ssiġilla postu fir-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia wara li fit-tieni leg kontra Torino li ntlagħbet ġewwa Vinovo, Juventus ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 8-0 sabiex b’hekk għaddew b’aggregate ta’ 21-0.

Wara żewġ minuti kienet diġà bdiet il-goleada hekk kif Benedetta Glionna sabet ix-xibka. Segwew gowl ieħor ta’ Glionna, doppjetti ta’ Katie Rood u ta’ Cecila Salvai, gowl mingħand Katie Zelem u awto gowl.

F’din il-partita għamlu d-debutt Katie Rood, Cecilia Salvai u Tuija Hyryynen.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com