Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero ta sħubija b’xejn lil Nael Aquilina, kif ukoll numru ta’ rigali, wara li filmat tiegħu ddispjaċut għaliex irċieva flokk ta’ Inter bħala rigal dar id-dinja.

Nael, flimkien mal-familja tiegħu, attenda għal-logħba bejn Juventus u Fiorentina fil-klabb tagħna, fil-Marsa. Sħubija tal-klabb ukoll għal Derston Aquilina, iz-ziju tat-tifel, li ħaseb fil-klabb u għaddielna l-filmat biex b’hekk kien dan is-sit l-ewwel li ppubblika din l-istorja.

Wara JuventusMalta, il-filmat dar id-dinja, bi stejjer ippubblikati fuq Goal, Fox Sports, Footmercato u sensiela kbira ta’ siti u ġurnali madwar id-dinja bil-filmat jikseb miljuni ta’ views.

Grazzi għal din l-istorja, is-sit JuventusMalta kiseb ukoll rekord fl-ammont ta’ drabi li l-artikli nqraw f’ġurnata. Dakinhar li ġie ppubblikat l-artiklu bil-filmat ta’ Nael, l-artikli fuq dan is-sit inqraw 10,749 darba.

Mill-ġdid, il-Kumitat jirringrazzja lill-familja Aquilina talli kienu magħna u disponibbli għall-klabb.