Bħal ma tafu matul tmiem din il-ġimgħa għaddejja l-maratona ta` Puttinu ġewwa l-Marsa.
Waqt l-intervall tal-logħba tal-bieraħ kontra Torino, il-Kumitat tal-klabb ħataf l-okkażjoni u għamel ġabra mingħand il-membri preżenti u nġabret is-somma ta` €215. Il-Kumitat żied magħom għal somma totali ta’ €350.
B’dan l-ammont il-Kumitat dalgħodu xtara dan il-flokk milbus minn Giorgio Chiellini fost ħafna flokkijiet li kien hemm għall-bejgħ waqt il-maratona, u li l-istess flus ser imorru għal Puttinu.
Hekk ingħatat l-għotja li nġabret għal għan nobbli u l-klabb u l-membri tiegħu ser jibqgħu jgawdu dan il-flokk.
Għal darb’oħra l-Kumitat jerġa’ jirringrazzja lil kull min kien ġeneruż bl-għotja tiegħu.
Dejjem tiegħek,
Jean Borg
Segretarju Ġenerali