Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li ntlaħaq ftehim long term dwar it-tmexxija tal-bar.

Il-kuntratt attwali jagħti l-opportunità biex isiru diskussjonijiet bejn terzi persuni ma’ min ikun qiegħed imexxi l-bar. Dan f’każ li jkun hemm interess għall-istess tmexxija u dejjem jekk japprova l-Kumitat.

Matul dawn il-jiem saru diskussjonijiet bejn is-Sur Randolph Cauchi u numru ta’ persuni oħra. Finalment intlaħaq ftehim mas-Sur Omar Busuttil. Wara li qies l-opportunitajiet varji, il-Kumitat approva din il-bidla u allura sar ftehim ma’ Busuttil.

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Radolph Cauchi, nawguraw lil Omar Busuttil.