Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li rċieva flokk tat-taħriġ milbus mil-leġġenda ta’ Juventus u tal-futbol Taljan, Andrea Pirlo.

Dan il-flokk, mogħti lilna minn Noel Borg, kollezzjonist tal-flokkijiet ta’ Juventus u sid tal-mużew Storia di un Grande Amore f’Tas-Sliema, jista’ jintrebaħ b’xejn mill-membri tal-klabb li se jattendu għas-serata organizzata f’għeluq il-120 sena mit-twaqqif ta’ Juventus, nhar l-Erbgħa li ġej.

Dakinhar, il-klabb se jkun miftuħ mis-18:30 ’il quddiem u dawk li jattendu se jkunu jistgħu jaraw għexieren ta’ magazines Hurrà Juventus mogħtija lill-klabb minn diversi membri biex illum jinżammu b’għożża bħala parti mill-kollezzjoni tal-klabb.

Dan minbarra li membri tal-Kumitat se jkunu disponibbli biex jaqdu lil dawk li jattendu b’diversi servizzi offruti mill-klabb, inkluż is-sħubija mal-klabb u bookings ta’ biljetti għal logħob ta’ Juventus.