It-tim tan-nisa ta’ Juventus, immexxi minn Rita Guarino, ġedded il-bidu pożittiv tiegħu tal-istaġun hekk kif rebaħ ir-raba’ logħba konsekuttiva bl-iskor ta’ 1-0 kontra t-tim ta’ AGSM Verona.
Il-Finlandiża Sanni Franssi skurjat il-gowl tar-rebħa fit-tieni taqsima f’logħba kumbattuta kontra tim li huwa mdorri jiġġieled għall-kampjonat u mimli esperjenza hekk kif huwa magħmul minn plejers li ġieli lagħbu fil-UEFA Women’s Champions League u jiffurmaw parti min-nazzjonali Taljana.
Juventus issa jmisshom jilagħbu kontra Bari, fil-11 ta’ Novembru.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com