L-eks midfielder ta’ Juventus, Arturo Vidal, bagħat messaġġ lill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.
Il-messaġġ, li xxandar għall-ewwel darba waqt il-pasta night tas-Sibt, hu konferma oħra tar-relazzjoni tajba u mill-qrib li l-klabb għandu ma’ Juventus u l-plejers Juventini. Dan il-filmat kien possibbli wkoll grazzi għall-għajnuna tal-Ambaxxatriċi Maltija għall-Italja, Vanessa Frazier.
Vidal, illum plejer ta’ FC Bayern München, baqa’ jitqies mill-Juventini bħala wieħed mill-aqwa midfielders fl-istorja riċenti tal-klabb.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






