Kull artiklu ppubblikat fuq is-sit JuventusMalta.com qed jiġi notifikat lil iżjed minn 1,500 persuna immedjatament.

Iċ-ċifri huma tas-sit OneSignal li jagħti l-opportunità lil dan is-sit li jintbagħtu notifiki lil min japprova li jagħmel dan mingħajr il-bżonn li dak li jkun iħallas xi ħaġa jew joħloq xi tip ta’ account.

Iċ-ċifri huma xhieda taż-żieda drastika fl-ammont ta’ abbonati. Fl-aħħar aġġornament dwar dan, f’Mejju li għadda, kienu ftit iżjed minn 400 li abbonaw għan-notifiki tal-artikli ta’ dan is-sit. B’1,100 abbonat attwalment, dan ifisser li fl-aħħar xhur kien hemm żieda ta’ iżjed minn 200 abbonat kull xahar.

Din is-sistema ġdida wasslet ukoll għal żieda drastika fl-udjenza ta’ JuventusMalta.com, hekk kif għal diversi ġranet fl-aħħar xhur l-udjenza medja kienet ta’ 2,000 kuljum. Dan hu d-doppju tal-medja preċedenti, fejn l-artikli kienu jinqraw mal-1,000 darba kuljum.

B’mod faċli ħafna, wieħed jista’ jkun jaf b’mod immedjat meta jiġi ppubblikat artiklu ġdid u dak li jkun ikollu l-opportunità li jkun aġġornat immedjatament. Li trid tagħmel hu li tagħfas fuq dan is-sinjal:

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280