It-tim tan-nisa ta’ Juventus kompla għaddej gmielu fil-kampjonat tas-Serie A hekk kif irregistra s-sitt rebħa konsekuttiva, din id-darba kontra Sassuolo bl-iskor ta’ 2-0.
Wara assedju minn Juventus fejn laqtu wkoll zewġ lasti, huma skurjaw permezz ta’ Martina Rosucci wara li rċeviet mingħand Barbara Bonansea.
Juventus għamlu ċert mir-rebħa lejn l-aħħar tal-partita meta Sanna Franssi rdoppjat mir-rebound wara xutt ta’ Bonansea.
Juventus issa jmisshom logħba importantissima li jista’ jkollha diġà influwenza fuq fejn sejjer il-kampjonat din is-sena hekk kif ħa jaffrontaw lil Brescia li qegħdin jaqsmu l-ewwel post mat-tim ta’ Rita Guarino.
Il-partita ħa tintlagħab ġewwa Brescia t-2 ta’ Diċembru, fis-14:30.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com