Il-Kumitat iħabbar li se jkollu biljetti għal-logħba mir-rawnd li jmiss taċ-Champions League kontra Tottenham, fl-Ingilterra.
Dawk kollha interessati huma mitluba li jħallsu depożitu qabel il-logħba bejn Juventus u Genoa mill-Coppa Italia, li tintlagħab nhar l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru. Għal dan l-għan, il-klabb se jkun miftuħ bejn is-18:30 u t-20:30.
Bookings se jintlaqgħu fuq bażi first come first served sakemm isservi d-disponibbiltà tal-biljetti u jintlaqgħu biss bookings minn dawk li huma membri tal-klabb. Wieħed jista’ jħallas is-sħubija tiegħu malli jħalli d-depożitu.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com