Il-klabb ta’ Fgura United ippreżenta ċifra ta’ €1,050 f’donazzjoni lil L-Istrina 2017.

Minn dawn, €400 inġabru waqt ġurnata li matulha l-mistieden tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero Fabio Nicolè għamel workshop lill-coaches tal-klabb u wkoll sessjonijiet ta’ tarħiġ lit-tfal tan-nursery li ntalbu jagħtu donazzjoni ta’ €5. 

Dan minbarra li matul is-sena l-klabb u n-nursery ta’ Fgura United jorganizzaw diversi attivitajiet karitattivi oħra.

Il-Kumitat onorat li ż-żjara ta’ Fabio Nicolè serviet ukoll għal skop ta’ karità. Flimkien mat-tfal tan-nursery ta’ Fgura United, is-Sibt filgħodu għamlu wkoll żjara f’Rainbow Ward.