Is-sħubija mal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero issa m’għadhiex iżjed valida sa tmiem l-istaġun, issir meta ssir, iżda tgħodd għal sena sħiħa mill-ġurnata li tkun tħallset il-miżata.
Din il-bidla fis-sistema tal-klabb saret fuq inizjattiva tal-Kumitat u għandha l-għan li l-membri jieħdu l-iktar benefiċċju possibbli mis-sħubija tagħhom.
B’hekk ġiet eliminata sitwazzjoni fejn persuni li jidħlu membri fl-aħħar xhur tal-kampjonat, jispiċċaw igawdu s-sħubija biss għal ftit żmien.
Wieħed jista’ jissieħeb membru tal-klabb billi jattendi personalment il-klabb qabel xi logħba ta’ Juventus, jew inkella fuq http://juventusmalta.com/membership-form bil-ħlas isir permezz ta’ Paypal.