Il-kowċ ta’ Liverpool Jürgen Klopp qed jipprova minn kollox biex ma jitlifx lill-midfielder Emre Can li qed joqrob lejn tmiem il-kuntratt.

Tant hu hekk li lbieraħ hu ngħata l-faxxa ta’ captain fit-telfa ta’ Liverpool kontra t-tim fil-qiegħ tal-Premiership, Swansea.

Anke l-prestazzjoni ta’ Can kienet waħda ħażina, tant li ngħata vot ta’ 5 fi tmiem din il-logħba. Liverpool Echo fil-fatt tgħid li “beda tajjeb iżda matul il-logħba r-ritmu tiegħu beda nieżel bħalma għamel dak ta’ sħabu. Ħati li mess wisq il-ballun bil-konsegwenza li naqqas ukoll ir-ritmu tal-partita.”

Sors: Liverpool Echo

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280