L-attakkant ta’ 22 sena Patrik Schick reġa’ weġġa’ u issa mistenni jdum barra bejn ġimagħtejn u għoxrin ġurnata.
B’hekk jidher li l-plejer se jitlef il-logħba kontra l-eks klabb tiegħu, Sampdoria, li ħalla fis-sajf li għadda biex ingħaqad mat-tim tal-kapitali.
Schick kien jinteressa wkoll lil Juventus, madankollu ma ġiex akkwistat wara li għamel eżamijiet mediċi u d-diriġenti tal-klabb ta’ Turin għażlu li jipposponu.
Sors: AS Roma
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com