Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jilqa’ lill-kumpanija Bonavia Bros Co. Ltd fil-familja tal-isponsors tal-klabb.
Il-kumpanija hi stabbilita fi Triq il-Kostituzzjoni, fil-Mosta. B’għadd ta’ makkinarju speċjalizzat u modern, il-kumpanija toffri xogħol ta’ skavar, qtugħ ta’ ġebel, demolizzjoni u xogħol infrastrutturali.
Sadattant jekk int ukoll għandek xi stabbiliment jew negozju, tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.