Is-Sibt li għadda l-klabb inbidel biex seta’ jakkomoda lil grupp ta’ żgħażagħ li bejniethom ħadu sehem f’kompetizzjoni assoċjata mal-logħba popolari Tekken 7 – Iron Fist.
Dawk li attendew mhux biss setgħu jagħmlu użu mill-faċilitajiet kollha li joffri l-klabb, fosthom sistema professjonali ta’ sound, numru ta’ TVs kif ukoll big screen, iżda saħansitra kellhom menù ta’ ikel u xorb imħejji esklussivament għalihom. Dan grazzi għall-kċina professjonali tal-JCMCB Bar & Grill.
It-tħejjija tal-organizzaturi, assistiti mill-kooperazzjoni tat-tmexxija tal-JCMCB Bar & Grill u s-swali tal-klabb li huma mgħammra biex jilqgħu anke dawn il-kompetizzjonijiet, wasslu għal turnew ta’ suċċess u ġurnata mill-isbaħ għal dawk li attendew.
B’kummenti pożittivi minn 26 parteċipant u madwar 25 persuna oħra li segwew dan it-turnew, diġà bdew diskussjonijiet biex mhux biss issir kompetizzjoni oħra ta’ Tekken 7 imma wkoll kompetizzjonijiet oħra.
Jekk tixtieq tuża s-swali tal-klabb kemm għal riċevimenti kif ukoll għal attivitajiet oħra tista’ tagħmel kuntatt magħna billi tagħfas fuq: JCMCBBarandGrill.





