Il-Kumitat javża li l-ħlas tal-biljetti għal-logħba mill-kampjonat kontra Milan, li tintlagħab fi tmiem dan ix-xahar, għandu jsir qabel il-logħba ta’ nhar l-Erbgħa kontra Atalanta.

Għal dan il-għan, membri tal-Kumitat se jiftħu l-klabb bejn il-17:00 u t-20:00 biex ikunu jistgħu jiġbru d-differenza fil-ħlas u jagħtu l-aħħar dettalji lill-membri li se jkollhom dawn il-biljetti.

Għal din il-logħba, il-biljetti ta’ dawk il-membri li bbukkjaw huma kkonfermati iżda għal min ma bbukkjax il-klabb ma fadallux iktar biljetti disponibbli.