Il-kantanta Christabelle Borg, rebbieħa tal-Malta Song for Europe, nhar is-Sibt li għadda żaret il-klabb flimkien mal-membri tal-familja tagħha.

Minkejja li f’dawn il-jiem hi impenjata minħabba d-diversi attivitajiet li trid tattendi għalihom, Christabelle xorta waħda qattgħet il-ħin kollu li kien hemm bżonn biex tiltaqa’ mal-membri kollha preżenti.

Il-Kumitat japprezza din iż-żjara u jirringrazzja lil Christabelle u lill-familja Borg.