Is-sit JuventusMalta rreġistra t-tieni l-ikbar udjenza tiegħu mindu twaqqaf.
Dan hekk kif nhar il-Ħadd 25 ta’ Marzu, l-artikli nqraw 9,294 darba. Sfortunatament, dan minħabba artiklu dwar il-mewt ta’ attakkant ta’ 25 sena fil-Kroazja, liema storja mxiet sew anke fi gruppi li mhux tal-futbol.
Tant hu hekk li fuq Facebook, din l-istorja traġika laħqet udjenza (reach) ta’ 22,574 waqt li kien hemm mill-inqas 25 persuna li għamlu share tal-artiklu.
Ir-rekord assolut ta’ udjenza fuq is-sit tal-klabb ġie rrikordjat nhar it-Tnejn 18 ta’ Settembru 2017. Dan hekk kif statistika uffiċjali tas-sit Google Analytics turi li matul il-ġurnata, l-artikli fuq dan is-sit inqraw 10,749 darba.