L-eks difensur ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali tal-Italja, Luigi De Agostini, se jkun f’pajjiżna għal kamp ta’ taħriġ organizzat min-nursery ta’ Pembroke Athleta.
De Agostini, li fl-Italja jmexxi skola tal-futbol, se jkun qed iħarreġ lil tfal li twieldu fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 f’sessjonijiet li se jsiru bejn il-25 u s-26 ta’ Mejju.
Min hu interessat għandu jinkiteb fuq 7957 3818 jew 9922 1742. Din l-attività għandha l-appoġġ tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.