Staġun 1989-90. Logħba ta’ sitta u għoxrin sena ilu. Wara l-polemiċi ta’ din il-ġimgħa min-naħa ta’ Arrigo Sacchi rigward in-nuqqas ta’ logħob sabiħ min-naħa ta’ Juventus, niftakru l-andament ta’ din il-logħba fejn l-istess Sacchi kien qiegħed imexxi lit-tim Milanist.
Ta’ min isemmi li f’dak l-istaġun Juventus, immexxija minn Dino Zoff, rebħu t-Tazza Uefa (f’finali doppja kontra Fiorentina) u anke l-Coppa Italia fejn għal darb’oħra għelbu lil Milan fil-finali.
Sfortunatament Juventus kienu diġà ddeċidew li jneħħu lil Dino Zoff minn kowċ fl-aħħar tal-istaġun, biex minflok jingaġġaw lil Gigi Maifredi. Deċiżjoni li kienet wasslet għal riżultati diżastrużi anke jekk fis-sajf tal-1990 kienu ngħaqdu mal-klabb numru ta’ plejers fosthom Roberto Baggio.