Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li tlesta x-xogħol fuq sistema ġdida ta’ dawl u sound fis-swali tal-klabb.

Dan qed isir mhux biss minħabba domanda dejjem ikbar ta’ attivitajiet, riċevimenti u parties li qed isiru kull ġimgħa fil-klabb, iżda wkoll bi preparazzjoni għal attivitajiet li se jsiru għall-membri.

Il-klabb issa jinsab armat b’sistemi ta’ dawl u sound li huma tal-aqwa kwalità u mill-iktar moderni.