Il-Kumitat qed jorganizza Eurovision Night fejn dawk li jattendu se jkunu jistgħu jsegwu l-finali tal-Eurovision Song Contest, imma wkoll l-edizzjoni ta’ Amici fejn jikkompetu Emma u Carmen.
Għal din l-okkażjoni, dawk li jattendu jistgħu jsegwu kollox fuq żewġ big screens, b’sound tal-aqwa kwalità filwaqt li dak li jkun m’għandux għalfejn jinkwieta għall-parkeġġ, li hu b’xejn u abbundanti.
Il-JCMCB Bar & Grill ħejja wkoll menù ta’ ikel li jinkludi Tapas, Paella u Sangria, jew inkella pizza.
Bookings isiru permezz ta’ messaġġ fuq il-paġni tal-klabb, fil-paġna tal-JCMCB Bar & Grill jew inkella fil-klabb.